F’Birżebbuġa, jerġa’ jitwaqqaf rekord ieħor marbut ma’ żmien il-Milied. Ilbieraħ, fit-8 ta’ filgħaxija, fil-pjazza quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa, instaqet l-itwal ferrovija mżejna b’tiżjin tal-Milied. Fil-fatt, dan ir-rekord tniżżel fil-kotba ta’ The Malta Records.
Il-ferrovija, b’tul ta’ 11-il metru u li kapaċi ġġorr 13-il persuna apparti x-xufier, inħadmet mill-Grupp Armar tal-Parroċċa Birżebbuġa. Il-ferrovija hija magħmula minn injam u ħadid u mżejna bid-dawl.
Dan ir-rekord kien parti mill-attivitajiet ta’ Milied fil-Pjazza f’Birżebbuġa, li jagħtu bidu għaż-żminijiet ta’ festi fl-istess raħal u li bdew minn nhar il-Ġimgħa u se jibqgħu għaddejjin sal-lejla.
Apparti attivitajiet varji, dawk li se jattendu jistgħu jduqu ikel u xorb tradizzjonali marbuta mal-Milied.
Ritratt: FB/The Malta Records