Il-bieraħ irrappurtajna kif fl-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ajruport internazzjonali ta’ Malta rreġistra żieda ta’ 10% fin-numru ta’ passiġġieri li għaddew minnu. Illum, statistika tal-uffiċju nazzjonali tal-istatistika ikkonferma rekord ieħor tul ix-xaħar ta’ Mejju.
F’Mejju li għadda pajjiżna laqa’ 192,ooo turist li flimkien qattgħu kważi miljun u tletin elf lejl hawn Malta. Dan skont statistika tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika.
Dan ifisser li t-turisti f’ dan ix-xahar żdiedu b’ 10% meta mqabbla ma’ Mejju tas-sena l-oħra filwaqt li n-numru ta’ iljieli li qattgħu żdiedu b’ 6.6%.
F’ pajjiżna dawn it-turisti nefqu iktar minn mija, 54 miljun ewro, iġifieri tkabbir ta’ 5% minn Mejju tal-2015.
B’ dawn iċ-ċifri, l-ammont ta’ turisti li żaru pajjiżna minn Jannar sa Mejju qabżu s-640,000 u l-iljieli mqatta’ b’kollox laħħqu l-erbgħa miljun u erbgħa mitt elf, jiġifieri żieda ta’ 8.5% fuq l-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Iż-żieda kienet riflessa fl-infieq turistiku, għaliex fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena pajjiżna daħħal 29 miljun ewro aktar fl-ekonomija.
Il-qabża hija ferm ikbar jekk wieħed jara dawn il-figuri biswit dawk tal-2012, l-aħħar sena ta’ gvern preċedenti, fejn iz-zieda tal-istess perjodu kienet ta’ iktar minn 37%.
Fi stqarrija, il-Ministru għat-turiżmu Edward Zammit Lewis qal li dawn il-figuri pożittivi jimlew il-gvern b’ kuraġġ fid-dawl ta’ sfidi bħal Brexit għaliex juru żieda fi swieq mhux tradizzjonali bħal dak Skandinavu, Ġermaniż, Olandiż, Spanjol u Amerikan.