Ir-reġistru Malti tal-vapuri mistenni jirreġistra rekord ieħor din is-sena, hekk kif meta kkumparat ma’ snin ta’ qabel, f’pajjiżna ġew rreġistrati l-akbar numru ta’ vapuri.
Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi huwa u jindirizza l-ftuħ tal-ewwel summit marittimu Malti. Dan is-summit huwa opportunita għal pajjiżna kif ukoll għal dawk kollha li se jattendu, hekk kif il-parteċipanti se jkollhom iċ-ċans li joħorġu b’ideat li jistgħu iwasslu għal-titjieb f’dan is-settur importanti.
Il-Kap eżekuttiv ta’ International Conferences and Exhibitions ltd, John Gauci Maistre, sostna li pajjiżna għandu rwol importanti fis-settur marittimu. Minn naħa tiegħu s-Segretarju Ġenerali tal-International Maritime organisation, Kitack Lim, ikkonferma li l-pożizzjoni ta’ pajjiżna hija waħda strateġika fis-settur marittimu.
Fi kliemu fisser kif minkejja li l-organizazzjoni internazzjonali ħolqot framework sigur għas-settur marittimu, jeħtieġ li t-tkabbir irreġistrat ikun ikkoordinat aħjar filwaqt li l-opportunitajiet marittimi jiġu identifikati.