Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ad unur San Pietru fil-Ktajjen, ftit qabel nofsillejl tal-Ħamis, f’Birzebbuġa nkiser ir-rekord nazzjonali tal-iktar ammont ta’ nar sinkronizzat ma’ mużika popolari, maħruq minn fuq bejt wieħed.
L-istruttura tan-nar tal-art li nħadmet apposta fuq il-bejt tas-sede tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen kienet tinkludi xogħol ta’ kull għamla, li ħaddan fih fost oħrajn żbroffi, funtani, flashpods u stellarju.
In-nar inħaraq minn fuq struttura magħmula apposta tal-ħadid imdawwra b’numru imdaqqas ta’ wajers. Diversi nies ta’ kull eta’ segwew bi ħġarhom dan ix-xogħol pirotekniku li sar f’pajjiżna u għall-ewwel darba inkiser ir-rekord tal-aktar ammont tan-nar maħruq f’post wieħed fl-inqas ħin.
Bħala rekord nazzjonali nħarqu 2533 biċċa piroteknika, f’ħin ta’ 9 minuti u 21 sekonda.