George Hood li għandu 62 sena għamel rekord dinji wara li għamel 8 sigħat, 15-il minuta u 15-il sekonda jżomm planks.
Dan ir-rekord kien ikkonfermat mill-Guiness World Records.
Dana Glowacka li għandha dan ir-rekord tal-kategorija femminili kienet damet 4 sigħat, 19-il minuta u 55 sekonda żżomm il-planka skont il-Guinness World Records.
Hood li kien aġent speċjali fl-iskwadra Marittima Amerikana. Huwa kien kiser dan ir-rekord għall-ewwel darba fl-2011 meta għamel siegħa u 20 minuta jżomm il-planka.
Fl-2016, huwa prova jaqbeż ir-rekord tiegħu stess, iżda safa’ megħlub minn Mao Weidong miċ-Ċina li kien għamel 8 sigħat minuta u sekonda iżomm il-planka.
Hood kien determinat li jerġa’ jieħu r-rekord f’idejh, tant li għal dan l-aħħar sena u nofs kien qiegħed jitħarreġ għal 7 sigħat kuljum.