40 rekluta flimkien ma’ għadd ta’ uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ingħaqdu flimkien biex marru jagħtu d-demm.
Huma taw aktar minn 78-il borża demm.
Dan il-ġest qed inissel fir-rekluti s-sens ta’ altruiżmu u servizz lejn is-soċjetà.
Fuq il-midja soċjali l-Aġenzija Maltija għas-Servizzi Korettivi ħeġġet lill-pubbliku biex jagħti d-demm sabiex inkomplu nsalvaw il-ħajjiet tan-nies.