Rekluti ġodda tal-Pulizija li għadhom ma ngħatawx il-grad ta’ uffiċjali tal-Pulizija, għamlu ġest nobbli.
Dawn il-Pulizija llum kienu ta’ eżempju għal ħaddieħor hekk kif għamlu donazzjoni ta’ demm.
Fl-aħħar ġimgħat smajna ħafna dwar iż-żieda fl-inċidenti tat-traffiku li ħallew il-vittmi. Iżda qajla nagħtu każ li apparti l-uġigħ u t-telfa ta’ dawk involuti fl-inċident u l-familjari tagħhom hemm riperkussjonijiet oħra- dik tal-provvista tad-demm.
Għalsaqstant nappellaw għal iktar donazzjonijiet.