Sigħat qabel iċ-ċerimonja uffiċjali sabiex jiffurmaw parti mill-Forzi Armati ta’ Malta, 181 reklut lestew ix-xogħol volontarju f’żewġ għaqdiet filantropiċi li bdew mill-bidu ta’ Ottubru. L-ewwel grupp għażel li jgħin lis-Sorijiet tal-Orsolini f’ta’ Sliema fejn dawn wettqu xogħol fis-sezzjoni li jilgħabu t-tfal. Ir-rekluti preżentaw numru ta’ ġugarelli, ikel u xorb flimkien ma’ donazzjoni lis-sorijiet.
Filwaqt li t-tieni grupp ta’ rekluti għenu lid-Dar tal-Providenza fir-rinovazzjoni ta’ Dar Akwarell fil-Qawra. Dawn preżentaw rigali lir-residenti u donazzjoni lir-rettur Fr. Martin Micallef.