Infetaħ il-proċess ta’ reklutaġġ għall-Uffiċjali Korrettivi fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi.
Il-pożizzjoni tinkludi d-dmirijiet ta’ għassa fil-bini tal-ħabs u ta’ priġunieri kif ukoll tfittxijiet fuq il-priġunieri, uffiċjali u viżitaturi. Dawn l-Uffiċjali Korrettivi huma wkoll mistennija li jagħmlu monitoraġġ u jigwidaw lill-priġunieri fl-oqsma relatati ma’ rijabilitazzjoni u mġieba.
Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal li dan il-proċess ta’ reklutaġġ huwa parti mir-riforma attwali li qed tiġi mwettqa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Minbarra dan, din se tkompli ssaħħaħ il-kundizzjonijiet tax-xogħol fi ħdan il-Korpi Dixxiplinati b’mod partikolari fis-Servizzi Korrettivi.
Il-Ministru Abela fakkar li fl-aħħar tliet snin diġà ġew ingaġġati 90 uffiċjal korrettiv ġdid.
Programm estensiv ta’ taħriġ ta’ induzzjoni aktar adegwat għall-ħtiġijiet attwali fil-qasam tal-korrezzjoni se jsir fl-Akkademja f’Ta’ Kandja.
Formoli tal-applikazzjoni jintlaqgħu mid-Direttur Servizzi Korrettivi, Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Triq Valletta, Raħal Ġdid PLA1707 sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju, 2016.
Aktar dettalji li dwar din is-sejħa għall-applikazzjonijiet jinstabu fuq is-sit elettroniku: