Jekk facebook live tieħu pjaċir bih għax ma tieqafx għar-reklami jaf se jkollok xi ftit tan-nervi bil-kontenut ta’ dan l-artiklu.
Is-Sit Soċjali Facebook bħalissa qed jaħdem fuq esperiment li ser jara waqfiet ta’ pubbliċita f’ dawk l-imsejjħa ‘Live Videos’ li kienu varati f’ Diċembru li għadda u li kull ma jmur qed issiru aktar popolari.
Kelliema ta’ Facebook ikkonfermaw dan wara li qalu li bħalissa għaddejin b’ esperiment żgħir biex jiddaħlu reklami kull ħames minuti f’ vidjos ‘live’ u li jdumu massimu ta’ ħmistax il-sekonda kull darba.
Dawn ir-reklami ser ikunu meħudha minn reklamar eżistenti madankollu ser jingħata d-dritt lill-Kumpaniji u ażjendi li ssoltu jirriklimaw lir-reklami tagħhom ma jkunux inklużi f’ dan il-pakkett. Dan minħabba diversi kumpaniji oġġezjonaw għal dan l-esperiment minħabba li ma jridux li isimhom jintwera f’ filmati li juru sparar u avvenimenti traġiċi.
Dawn ir-reklami kummerċjali imsejjħin ‘AdAge’ għadhom f’ fażijiet innizjali ta’ prova u għalhekk jista’ jagħti l-każ li dawn ma jsirux.