Id-ditta Ġermaniża Nivea li tbiegħ prodotti ta’ sbuħija għamlet apoloġija pubblika u neħħiet reklam li n-nies iddeskrivew bħala “razzist u diskriminatorju”. Ir-reklam kien dwar deodorant u fuqu kien hemm il-kliem “white is purity” filwaqt li fl-isfond tiegħu kien hemm ritratt ta’ mara bl-abjad.
Ħafna persuni fuq il-midja soċjali kitbu li dan ir-reklam kien razzist għaliex ta x’jifhem li l-kulur abjad biss huwa pur u li jissuġġirixxi li persuni li għandhom karnaġġjon skur m’humiex puri.
Ir-reklam fuq facebook li wara din il-kritika tneħħa kellhu miktub bħala deskrizzjoni tar-ritratt “Keep it clean, keep it bright. Don’t let anything ruin it.”
Li hu żgur li dan ir-reklam ġie interpretat mill-maġġoranza li huwa razzist u li jwassal messaġġ ħażin.