Awtoritajiet Vjetnamiżi għamlu sejba ta’ numru kbir ta’ condoms użati li kienu qed jiġu riċiklati biex jerġgħu jinbiegħu.
L-istess awtoritajiet stqarru li sabu faċilità sħiħa ġo appartament fejn sabu kważi 324,000 condom użat li kienu qed jerġgħu jiġu ppakjati.
F’rejd, il-pulizija kkonfiskaw il-prodotti kollha li sabu fl-appartament li jinsab fil-provinċja Binh Duong.
Sid il-faċilità, Pham Thi Thanh Ngoc, qalet li ta’ kull xahar tirċievi konsenja ta’ condoms użati mingħand persuna mhux magħrufa.
Dawn il-condoms użati kienu qed jgħaddu minn proċess sħiħ ta’ tlaħlieħ, tnixxif u rikostruzzjoni fil-forma.