Permezz tal-paġna tiegħu fuq facebook il-president ta’ St. Andrews Craig Buttler ikkonferma li Kemar Reid u Amoy Brown ser ikunu qed iħallu lit-tim ta’ St. Andrews sabiex jingħaqdu mat-tim ta’ Austria Lustenau fit-tieni diviżjoni tal-kampjonat Awstrijak.
Is-suq tat-trasferimenti fl-Awstrija jagħlaq għada u għalhekk dan it-trasferiment jista’ jsir fil-ħin. Sorsi viċin din il-paġna kkonfermaw magħna li apparti dawn iż-żewġ plejers hemm ċans li jingħaqad ukoll Martin Davis, plejer ieħor importanti ħafna fl-iskwadra tat-tim ta’ St. Andrews.
L-istess sorsi kkonfermaw magħna lit-tmexxija tat-tim, ewlenin fosthom l-kowċ Johann Scicluna u l-assistent tiegħu Joseph Farrugia, xejn m’huma kuntenti hekk kif it-tim ser ikun qed jiddgħajjef ħafna u m’hemm l-ebda mod kif jista’ jissaħħaħ hekk kif is-suq tat-trasferimenti f’pajjiżna huwa magħluq.
Ta’ minn ifakkar li matul ix-xahar ta’ Jannar, St. Andrews FC tilfu ukoll is-servizz ta’ Kevaun Atkinson u Marcus Grima, żewġ plejers li kienu fundamentali speċjalment matul l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Premier Malti.