Ippublikati linja gwida dwar l-istandards għar-ristoranti u faċilitajiet tad-divertiment li jużaw spazji pubbliċi, bħal pavimenti fost oħrajn.
Dettalji dwar dan ingħataw dalgħodu f’konferenza tal-aħbarijiet fil-board room tal-Awtorità tal-Ippjanar. Kien emfassizat il-bżonn ta’ dan l-eżerċizzju li se jagħmel l-affarijeit iktar strutturati u sempliċi għas-sidien ta’ ristoranti li għandhom permess jarmaw f’żoni pubbliċi.
Robert Vella, uffiċjal fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar għamilha ċara li mhu se jkun qed jiġu ttollerat l-ebda tip t’abbuż, fid-dawl tal-parametri stabbiliti. Insista li l-awtorità se tkun qed tara li tintlaħaq il-kwalità meħtieġa tal-ambjent, is-siġġijiet u l-imwejjed tar-ristoranti.
Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri qalet li dawk li se japplikaw se jagħmlu dan minn ‘one stop shop’, għall-kuntraju kif kien jiġri fil-passat meta l-applikanti kellhom jirrikoru għal tlett permessi differenti. B’dan il-mod il-pubbliku wkoll se jkun qed jibbenfika mill-element viżiv u l-istandard ogħla li se jkunu qed joffru l-istabbilimenti.
https://youtu.be/lRACEuGMfjA