Persuni li huma vaċċinati biż-żewġ dożi tat-tilqima tal-Covid-19 mhux se jkunu qed jiġu mitluba biex jagħmlu test tal-Covid qabel jitilqu mill-Ingilterra minn nhar il-Ġimgħa li ġej.
Ħabbar dan il-Gvern Ingliż fejn intqal kif l-istess persuni mhux se jkunu qed jintalbu biex jagħmlu perjodu ta’ iżolament waqt li jistennew ir-riżultat tat-test tal-Covid mal-wasla tagħhom fl-Ingilterra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawk li jaslu wara l-4:00 ta’ filgħodu l-Ħadd li ġej, persuni mingħajr sintomi mhux se jintalbu biex jgħamlu test PCR jekk lateral flow test jirriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19 fit-tieni jum.
Din l-aħbar ħarġet wara li numru ta’ kumpaniji tal-ivvjaġġar talbu għat-tneħħija tagħhom.