Illum kienu mħabbra ċertu tibdiliet għal min irid iġib il-liċenzja tas-sewqan fl-Ingilterra. Fost l-iktar li ħolqu kontroversja hemm miżura ġdida li perezz tagħha, sewwieqa jridu jkunu kapaċi jaqraw direzzjonijiet minn fuq satnav – sistema teknoloġija li biha tkun taf fejn sejjer u fejn trid tmur.
Inħoloq ħafna furur għall-fatt li dan huwa apparat li wieħed ipoġġi fuq id-dashboard. Apparti li l-użu waqt is-sewqan mhux rakomandabbli, ħafna qed jinsistu li se tiżdied id-dipendenza fuq din it-tip ta’ teknoloġija waqt is-sewqan. Hemm min qed jikwota studju li juri li meta sewwieqa jirrikorru għat-teknoloġija, jiefqu jużaw ċertu partijiet minn moħħhom li huma neċessarji għas-sewqan.
It-tibdil imħabbar fl-Ingilterra qed iseħħ wara għoxrin sena, u fost l-għanijiet hemm li r-regoli jkunu aġġornati maż-żminijiet ta’ llum.