Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jinforma lill-pubbliku ġenerali li dawk li huma interessati li joffru programm edukattiv permezz ta’ skola/club matul ix-xhur tas-sajf għal tfal ta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena jridu japplikaw online sabiex jirreġistraw l-iskola/club tas-sajf tagħhom bħala stabbiliment edukattiv mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni kif stipulat fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.349. Ir-reġistrazzjoni tkun valida għall-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2020.
Aktar dettalji rigward Il-Formola ta’ Notifikazzjoni (Formola A) u l-Formola ta’ Reġistrazzjoni (Formola B) flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa skont kif indikat f’kull formola, jinstabu fuq is-sit: