Fl-aħħar, Regina tinsab Malta!
Din hija kelba li sabet ix-xorti meta raġel Malti kien waqt btala fi Sqallija. Regina kienet tinsab fi stat gravi, tiġġieled u tissielet biex tgħix, ġurnata wara l-oħra.
Il-protagonist uman huwa Etienne Carter, li rrakkonta li kien ċar li l-kelba kienet ġiet abbużata u msawwta, però f’jumejn magħha, għamlet bidliet kbar. “Niżgurakhom li taf tħobb ħafna u taf tisraqlek qalbek mal-ewwel ftit minuti” qal Carter.Irrakkonta li fl-Għid li għadd mar btala Sqallija u ltaqa’ ma’ kelba u ġeru feruti u mitluqin għall-mewt ħdejn xi skips. “Ma kellix il-kuraġġ inħallihom hemm jiġġieldu mal-elementi kollha” qal Carter, li tellahom fil-karozza u għamel btala jipprova jsib lil min jgħinu. Irnexxilu jsib familja li żammithom sakemm ingħataw il-kura u l-pjan kien li jġibhom Malta. Madanakollu, il-ġeru miet. L-omm, minn naħa l-oħra, irkuprat u Carter tela’ Sqallija apposta biex iġibha Malta.
Qal li l-mediċini u servizzi ta’ dog sitting swewh eluf ta’ ewro, iżda issa kull ma jrid huwa li xi ħadd jadotta lil Reġina, biex l-istorja jkollha tmiem xieraq. Bi swied il-qalb qal li m’għandux fejn iżommha, iżda l-appell hu biex ikollha familja permanenti. Reġina għandha madwar sentejn, hija fidila u “taf tħobb millewwel”.
https://www.facebook.com/etienne.carter.10/videos/2022856101280055/