Żdiedu b’4% dawk f’impjieg full time meta wieħed iqabbel Marzu ta’ din is-sena ma’ Marzu tas-sena li għaddiet. Dan skont l-aħħar tagħrif tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika.
Din l-aħħar żieda tfisser li issa n-nies jaħdmu telgħu għal iktar minn 180,000 b’żieda li tispikka ta’ 6,803 persuni jaħdmu full time maġġoranza assoluta tagħhom fis-settur privat. Fil-fatt 6,513 żdiedu mal-privat u 290 biss mas-settur pubbliku.