In-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Awwissu niżel għal 3,261. L-inqas rata ta’ nies jirreġistraw f’dan ix-xahar, f’bosta snin. Skont statistika tal-NSO l-qgħad naqas b’1,653 persuna, meta mqabbel ma’ sena ilu It-tnaqqis kien mifrux fuq diversi livelli, fosthom iż-żgħażagħ u dawk b’età ta’ iktar minn 45 sena. Naqsu wkoll il-persuni b’diżabbiltà jirreġistraw.
Din l-istatistika kienet ippubblikata l-għada li kien ikkonfermat li naqsu b’5,000 dawk f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali.