Is-sbuħija tal-gżejjer Maltin hija waħda mir-raġunijiet għaliex il-grupp popolari tas-snin sittin u sebgħin, Smokie, jilqa’ l-istediniet biex jiġi jdoqq Malta.
Fil-fatt, issa se jkunu ġew pajjiżna erba’ darbiet u diġà jinsabu hawn għall-kunċert li għandhom nhar l-Erbgħa f’Ħal Għaxaq.
Tkellimna ma’ Steve Pinnell, id-drummer ta’ dan il-grupp. Huwa stqarr: “When we were asked to do it we couldn’t wait. That’s why we came early, three days early, because we love the place and we can’t wait for the festival”.
Mick McConnell, il-kitarrist, tkellem dwar kemm jolqtu Għawdex u dwar kif meta f’dawn il-gżejjer għaddsa tajba għandha tkun parti mill-programm.
” I love scuba diving in Malta, it’s one of the best places in the world. but we like Malta because of the people, the weather is great, food is very nice and that’s why we came early”.
Iżda, l-mużika tibqa’ l-qofol taż-żjara f’Malta.
Mużika li dawk li gawdew is-snin sebgħin żgur mhux darba jew tnejn żifnu għar-ritmu tagħha. Il-kunċert li se jsir nhar l-Erbgħa f’Ħal Għaxaq huwa parti mill-Ismokie World Tour u ser ikun qed ifakkar l-għoxrin anniversarju mill-ewwel kunċert tal-Għaxaq Music Festival.
Il-kantant Mike Craft qalilna kif minkejja dawn is-snin kollha ta’ esperjenza folla bħal dik li hemm mistennija f’Ħal Għaxaq toffri ċertu eċċitament. Huwa stqarr: “The only time we get really nervous is if we put in a new piece of material in the set but other than that it’s more like an excited nervous thing to get out and play in front of so many people”.