Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-qasam tas-saħħa, Claudette Buttigieg, qiegħda tagħmel żball wara ieħor b’dikjarazzjonijiet li juru li mhix imħejjija biżżejjed biex titkellem dwar il-qasam tas-saħħa.
F’artiklu fuq The Malta Independent ikkritikat il-fatt li l-gvern involva t-tobba tal-familja f’dawk li huma testijiet għall-persuni li jkunu fiequ mill-kanċer tas-sider. Li dawn il-pazjenti, li jkunu ilhom li fiequ numru ta’ snin, imorru għand it-tabib tal-familja għal check up hija inizjattiva li ddaħlet fl-aħħar ġimgħat u Buttigieg kienet pronta tikkritikaha.
Buttigieg tkażat u qalet li mhux it-tobba tal-familja kollha huma mħarrġa biex jagħmlu testijiet tal-ultrasound u mhux kollha għandhom it-tagħmir meħtieġ biex jagħmluh.
Però t-tobba mhux jintalbu jagħmlu dan. Fil-fatt il-protokol li japplika għal dawn il-każijiet ma jitlobx lit-tobba tal-familja jagħmlu ultrasound huma, imma jagħtihom il-possibilità li jirreferu l-pazjent għal ultrasound dirett għand speċjalist, jekk iħossu li hemm bżonnu.
Għal darb oħra l-kelliem tas-saħħa tal-PN inqabdet fuq sieq waħda.