Għall-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja, l-klabb ta’ Marsamxett se jkun qed jitfa’ l-attenzjoni tiegħu fuq kategorija B. Il-klabb belti kellu tibdil kbir hekk kif biddel il-crews kollha, b’taħlita ta’ qaddiefa żgħażagħ u oħrajn ta’ esperjenza. Huma se jkollhom ukoll kajjikk ġdid bl-isem ‘Ġużi il-Babett’ li se jkollu bħala qaddiefa lil Deacon Abela Wilson u Shylon Gauci. Il-beltin se jkunu qed jisfidaw sew għar-rebħ tax-shield ta’ Kategorija B.
Dawn huma l-qaddiefa li l-klabb ta’ Marsamxett se jikkompetu bihom f’kategorija B:
Ta’ bi Tnejn: Eman Borġ u Peter Cremona.
Kajjiki: Deacon Abela Wilson u Shylon Gauci.
Tal-Midalji: Brolin Genovese, Kensley Ciantar, Peter Cremona u Denilson Long.
Frejgatini: Brolin Genovese u Kensley Ciantar.
Ta’ b’Erbgħa: Kensley Ciantar, Eman Borġ, Peter Cremona u Denilson Long.
Marsamxett se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrija tan-Nisa permezz tal-qaddiefa Briana Farruġia u Irene Tonna.
Ir-Regatta tal-Vitorja se ssir nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda’ fin-12.30 ta’ wara nofs-in nhar.