Il-klabb tal-Marsa wkoll se jżomm l-appuntament tiegħu mar-Regatta tal-Vitorja hekk kif se jkun qed jieħu sehem fil-kategoriji u t-tiġrijiet kollha. Għal din ir-Regatta il-klabb marsi rama’ crew ta’ qaddiefa li jvarjaw bejn żgħażagħ u oħrajn ta’ esperjenza. Huma se jkunu qed jikkompetu fit-tiġrijiet kollha u jimmiraw għar-rebħ ta’ xi paljijiet.
Il-qaddiefa kollha ta’ Marsa f’Kategorija A huma:
Tal-Midalji: Dirk Attard, Emerson Farrugia, Clyde Debattista u Yannick Pace.
Frejgatini: Dirk Attard u Mel Magro (Tmuniera Nikki Buhagiar).
Ta’ bi Tnejn: Clyde Debattista u Juan Farrugia.
Kajjikki: Damien Attard u Mel Magro.
Ta’ B’Erbgħa: Dirk Attard, Redeemer Żammit, Adrian Schembri u Damien Attard.





Dawn huma l-qaddiefa kollha ta’ Marsa f’Kategorija B:
Ta’ bi Tnejn: Kane Grima u Gabriel Saliba.
Kajjikki: Lino Fabri u Neil Aquilina.
Tal-Midalji: Gilbert Grech, Leon Piscopo, Lydon Pulis u Kerstin Brown.
Frejgatini: Kerstin Brown u Leon Piscopo (Tmuniera Alaya Żammit)
Ta’ b’Erbgħa: Lino Fabri, Neil Aquilina, Kane Grima u Gabriel Saliba.





Marsa se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrija tan-Nisa permezz tal-qaddiefa Shazel Gusman u Brooke Stivala flimkien mat-tmuniera Thais Gatt Borġ.
Ir-Regatta tal-Vitorja se ssir nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda’ fin-12.30 ta’ wara nofs-in nhar.

