Għar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2024 il-klabb tal-Kalkara jinsab armat b’għadd ġmielu ta’ qaddiefa f’kull kategorija. Madanakollu l-attenzjoni prinċipali se tkun qed tingħata lill-kategorija B hekk kif il-kalkariżi għandhom crews b’saħħithom fil-ħames tiġrijiet ta’ din il-kategorija. Kalkara se jkunu qed jimmiraw li jirrepetu s-suċċess li kellhom f’din il-kategorija f’Marzu li għadda meta kienu rebħu x-shield flimkien mal-Birgu. Fost tibdil li seħħ minn Marzu li għadda insibu r-ritorn mal-klabb ta’ Jonathan Falzon u Dorian Cilia.
Il-qaddiefa kollha tal-klabb tal-Kalkara f’kategorija B huma:
Ta’ bi Tnejn: Gilmore Buttigieg u Godwin Buttigieg
Kajjikki: Kurt Vassallo u Christian Bugeja
Tal-Midalji: Jonathan Piscopo, Marlon Cutajar, Dorian Cilia u Clyde Aquilina
Frejgatini: Ryan Degiorgio u Kohath Mallia (Tmuniera Deshaja Mifsud)
Ta’ b’Erbgħa: Jonathan Piscopo, Gilmore Buttigieg, Dorian Cilia u Jonathan Falzon





F’kategorija A il-Kalkara għandhom taħlita ta’ qaddiefa żgħażagħ ma’ oħrajn ta’ esperjenza. Il-maġġoranza tal-qaddiefa huma ġejjin mis-settur tal-Under 18 u se jkunu qed jingħataw ċans fl-ogħla livell ta’ regatta, dik tal-Vitorja.
Il-qaddiefa kollha ta’ kategorija A huma:
Tal-Midalji: Shyam Tabone, Yosef Calamatta, Kieran Bonnici u Larson Abela
Ta’ bi Tnejn: Diego Grima u Mauro Desira
Kajjikki: Shyam Tabone u Kieran Bonnici
Ta’ b’Erbgħa: Twanny Viacava, Gerald Micallef, Paul Zammitu Larson Abela
Kalkara se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrija tan-Nisa permezz tal-qaddiefa Thresa Scicluna u Narkesha Mizzi (Tmuniera Zaleshia Borg)
Fost proġetti li l-klabb kalkariż bħalissa qed jaħdem fuqhom hemm xogħlijiet estensivi fil-gym li jużaw il-qaddiefa u membri tal-istess klabb.
Ir-Regatta tal-Vitorja se ssir nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda’ fin-12.30 ta’ wara nofs-in nhar.




