Bormla jibdew bħala l-favoriti għar-Regatta tal-Vitorja ta’ din is-sena. Huma jinsabu armati tajjeb fiż-żewġ kategoriji pero qed jaħdmu għall-mira partikolari, dik li jilħqu lill-Isla fl-ammont ta’ rebħ tax-shield. Jekk il-bormliżi jirbħu kategorija A allura jirbħul-Aggregate Shield għat-23, l-istess daqs l-Isla. Il-bormliżi rebħu r-Regatta tal-Vitorja tas-sena li għaddiet meta spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti daqs il-Birgu. Huma rebħu wkoll ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien f’Marzu li għadda.
F’kategorija A ġew ikkonfermati l-crews kollha li kellhom f’Marzu li għadda.
Il-qaddiefa kollha f’Kategorija A huma:
Tal-Midalji: Maximillian Mamo, Clive Casha, Dennis Thornton u Romario Brignone.
Frejgatini: Mattia Calleja u Christian Camilleri.
Ta’ bi Tnejn: Dennis Thornton u Clive Casha.
Kajjikki: Romario Brignone u Christian Camilleri.
Ta’ b’Erbgħa: Maximillian Mamo, Clive Casha, Dennis Thornton u Jurgen Camilleri.





Bormla jinsabu armati sew ukoll f’kategorija B. Hawnhekk il-klabb bormliż se jkompli bl-istrateġija tiegħu li jagħti ċans lill-qaddiefa żgħażagħ u magħhom qaddiefa b’aktar esperjenza. Eżempju ta’ dan huwa l-kajjikk li se jkun misjuq mill-prodott tal-Under 18 Ian Carabott flimkien mal-veteran Cleavin Falzon.
Il-lista kollha ta’ qaddiefa f’kategorija B hija:
Ta’ bi Tnejn: Kaydon Aquilina u Jean Pierre Debono.
Kajjiki: Ian Carabott u Cleavin Falzon.
Tal-Midalji: Mattia Calleja, Nicholas Paris, Dione D’Amato u Denzil Thornton.
Frejgatini: Nicholas Paris u Sean Farrugia
Ta’ b’Erbgħa: (Crew ġdid) Sean Farrugia, Nicholas Paris, Cleavin Falzon u Denzel Thornton.





Bormla se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrija tan-Nisa permezz tal-qaddiefa Nadine Vella u Francesca Galea.
Ir-Regatta tal-Vitorja se ssir nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda’ fin-12.30 ta’ wara nofs-in nhar.


