Għar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja ta’ din is-sena il-klabb ta’ Birżebbuġa se jkun qed jiffoka l-ħidma tiegħu fuq kategorija B u t-tiġrija għall-qaddiefa nisa.
Il-klabb kellu jagħmel tibdil kawża ta’ skwalifika li kellhom żewġ qaddiefa minn tagħhom wara inċident li kien inqala’ waqt ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien f’Marzu li għadda. Peress li l-verdett mill-bord tad-dixxiplina dam ftit ma ingħata, il-klabb ma kellux ċans li jorganiżża lilu nnifsu sew għat-tiġrijiet ta’ Settembru. Kawża ta’ dan taw ir-release lill-ħafna mill-qaddiefa regolari tagħhom u li għar-Regatta tal-Vitorja se jkunu qed jaqdfu ma’ klabbs oħra.
Birżebbuġa mhux se jkunu qed jikkompetu f’kategorija A, iżda minkejja d-diffikultajiet xorta waħda irnexxielhom jarmaw crews f’kull tiġrija ta’ kategorija B.
Din hija l-lista ta’ qaddiefa fit-tiġrijiet kollha ta’ kategorija B:
Ta’ bi Tnejn: Darren Bartolo u Kevin Camilleri
Kajjikki: Coultan Buhagiar u Kevin Camilleri
Tal-Midalji: Gino Viacava, Christian Degiovanni, Kevin Attard u Gabriel Farrugia
Frejgatini: Matthew Dalli u Steven Dalli
Ta’ b’Erbgħa: Larry Lagana, Darren Bartolo, Kevin Camilleri u Malcolm Vella.
Birżebbuġa se jikkompetu wkoll fit-tiġrija tal-qaddiefa nisa. Huma se jieħdu sehem permezz ta’ Zaneisha Pace u Aalayah Bonello.
Apparti għar-Regatta tal-Vitorja, f’dawn l-aħħar xhur il-klabb ta’ Birżebbuġa baqa’ għaddej b’mod regolari b’ħidma sħiħa fosthom fuq il-proġett tal-Club House il-ġdida.
Ir-Regatta tal-Vitorja se ssir nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda’ fin-12.30 ta’ wara nofs-in nhar.


Coultan Buhagiar

Darren Bartolo

Gabriel Farrugia

Gino Viacava

Kevin Attard

Kevin Camilleri

Malcolm Vella

Matthew Dalli

Steven Dalli

Larry Lagana

L-iffirmar ta’ ftehim bejn id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi u u l-Klabb tar-Regatta ta’ Birżebbuġa