Il-klabb tal-Marsa ukoll se jżomm l-appuntament mar-Regatta tal-Vitorja, għalkemm din is-sena se jkun qed jiffoka fuq Kategorija A. Wara li f’Marzu li għadda kienu spiċċaw fit-tielet post fil-klassifika finali ta’ Kategorija A, għar-Regatta tal-Vitorja Marsa se jkunu qed jagħtu sfida għar-rebħ ta’ xi paljijiet fl-ogħla kategorija.
Filwaqt li kkonfermaw parti kbira mill-crew li kellhom, reġgħu irritornaw lura magħhom il-qaddiefa Clyde Debattista u Emerson Farrugia. Marsa se jkunu qed jikkompetu bi crew kompost minn qaddiefa ta’ esperjenza u oħrajn żgħażagħ.
Dawn huma l-qaddiefa kollha ta’ Marsa f’Kategorija A:
Tal-Midalji: Charles Gauci, Clyde Debattista, Emerson Farrugia u Dirk Attard.
Frejgatini: Owden Caruana Smith u Cayvon Gatt.
Ta’ bi Tnejn: Redeemer Żammit u Adrian Schembri.
Kajjikki: Emerson Farrugia u Eric Lia.
Ta’ b’Erbgħa: Adrian Schembri, Kelinu Schembri, Redeemer Żammit u Dirk Attard.
Il-klabb tal-Marsa bħalissa qed jagħmel appell lill-awtoritajiet sabiex isir xogħol ta’ manutenzjoni fil-maħżen tagħhom hekk kif għandu bżonn jiġi rranġat. L-istess klabb qed jappella wkoll lin-nies tal-Marsa sabiex jgħinu aktar lill-klabb sabiex jerġgħu jagħtuh il-glorja u s-suċċessi li kellu fil-passat.
Ir-Regatta tal-Vitorja se ssir nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fin-12:30.