Għall-klabb tal-Isla ir-Regatta tal-Vitorja għandha importanza doppja hekk kif fl-istess ġurnata jkunu qed jiċċelebraw il-festa tagħhom, dik ta’ Marija Bambina. Għar-Regatta ta’ din is-sena, l-Isla jibdew bħala favoriti għar-rebħ tax-shield ta’ Kategorija A. Friski mis-suċċess tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien f’Marzu li għadda, huma kkonfermaw il-qaddiefa kolha ta’ Kategorija A.
Fir-Regatta ta’ Marzu il-klabb tal-Isla kellu suċċess kbir meta rebaħ erba’ tiġrijiet u fl-oħra spiċċa fit-tieni post, biex rebaħ ix-shield tal-Ħelsien b’distakk ta’ 34 punt fuq l-eqreb rivali Bormla. F’Marzu l-Isla rebħu it-tiġrijiet Tal-Midalji, tal-Frejgatini, tal-Kajjiki u Ta’ b’Erbgħa. F’Ta’ bi Tnejn spiċċaw fit-tielet post.
Għalhekk il-qaddiefa tal-klabb tal-Isla f’Kategorija A huma dawn:
Tal-Midalji: Glenn Zammit, Russell Buġeja, Andre Gauci u Redeemer Rapa.
Frejgatini: Davison Micallef & Clyde Mizzi.
Ta’ bi Tnejn: Russell Buġeja & Glenn Żammit.
Kajjiki: Davison Micallef & Andre Gauci.
Ta’ b’Erbgħa: Glenn Zammit, Russell Buġeja, Andre Gauci u Redeemer Rapa.
F’Kategorija B il-klabb senglean wettaq tibdil kbir. Il-policy tal-klabb hija dik li jagħti ċans lill-qaddiefa żagħżagħ li jitħarġu mal-akkademja tal-klabb. Tant hu hekk li 80% tal-qaddiefa sengleani f’Kategorija B se jkunu proprju prodott ta’ din l-akkademja.
Paragunat ma’ Marzu ġew konfermati il-crews f’żewġ tiġrijiet. Dawn huma f’Ta’ bi Tnejn fejn se nerġgħu insibu lil Kevin Camilleri & Marlon Cutajar u fil-Frejgatina bl-aħwa Matthew u Steve Dalli.
Il-qaddiefa l-oħra ta’ Kategorija B huma: Stoyan Sciberras, Coulton Buhagiar, Luke Farrugia, Clayton Azzopardi u Ainsley Bonello.
L-Isla se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrija tan-Nisa. Hawnhekk ukoll il-klabb senglean se jkompli bil-policy tiegħu li jagħti ċans lill-qaddiefa żagħżagħ prodott tal-akkademja u se jerġa jikkonferma lil Brooke Stivala u Aalaya Bonello.
Ir-Regatta tal-Vitorja se ssir nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fin-12:30.