Sforz il-ħidma kbira li saret f’dawn l-aħħar snin sabiex il-klabb jerġa’ jieħu l-ħajja, il-klabb tal-Birgu se jkun fost il-favoriti ewlenin għar-rebħ tax-shield tar-Regatta tal-Vitorja ta’ din is-sena. Il-ġirbin jerġgħu jinsabu armati sew tant li kważi kkonfermaw il-qaddiefa kollha li kellhom f’Marzu li għadda.
Il-Birgu jinsab armat f’kull kategorija, b’mod speċjali f’Kategorija A. F’din il-kategorija l-uniku bidla kienet fil-Frejgatina fejn se tara l-akkwist ġdid Kieran Żammit li se jkun qed jingħaqad ma’ Antoine Brignone.
Il-qaddiefa kollha tal-Birgu f’Kategorija A huma:
Tal-Midalji: Owen Żammit, Antoine Brignone, Wayne Xuereb u Sven Refalo.
Frejgatini: Kieran Żammit u Antoine Brignone.
Ta’ bi Tnejn: Clayton Darmanin u Clyde Cutajar.
Kajjik: Nigel Sant u Christian Camilleri.
Ta’ b’Erbgħa: Sven Refalo, Clayton Darmanin, Clyde Cutajar u Owen Żammit.
F’din il-kategorija il-klabb ġirbi se jżanżan dgħajsa ġdida Tal-Pass għat-tiġrijiet Ta’ bi Tnejn u Ta’ b’Erbgħa. Id-dgħajsa iġġib l-isem ‘ZU’ u ġiet imħallsa mis-sur Enzo Attard. Din id-dgħajsa se tkun inawgurata f’ċerimonja speċjali nhar it-Tlieta 5 ta’ Settembru.
Birgu jinsabu ippreparati sdew ukoll f’Kategorija B. Fost xi tibdil li kellhom insibu l-Frejgatina fejn issa għandhom crew ġdid bil-qadiefa Frans Degiorgio u Shaun Degiorgio. Fil-Kajjik telgħu qaddiefa mill-U18 filwaqt li f’Tal-Midalji żdiedu Edilson Aquilina u Neil Zerafa li jingħaqdu ma’ Jonathan Falzon u Loran Zarb.
Il-crews kollha ta’ Kategorija B huma:
Ta’ bi Tnejn: Darren Bartolo u Luke Ciantar.
Kajjikki: Nayden Casha u Jayden Fisher.
Tal-Midalji: Edilson Aquilina, Neil Zerafa, Loran Zarb u Jonathan Falzon.
Frejgatini: Shaun Farrugia u Frans Degiorgio.
Ta’b’Erbgħa: Larry Lagana, Owen Galea, Loran Zarb u Kurt Ellul.
Birgu se jkunu protagonisti wkoll fit-tiġrija tan-Nisa, kategorija li f’dawn l-aħħar snin iddominaw. Huma se jkollhom għal darb’oħra lill-qaddiefa Shazel Grima u Glyniss Mizzi.
Apparti x-xogħol u t-taħriġ f’dak li jirrigwardja l-qaddiefa, jinsab miexi b’ritmu tajjeb ix-xogħol fuq il-maħżen. Filwaqt li s-sular ta’ isfel jinsab kważi lest hemm il-mira li s-sular ta’ fuq, li jinkludi s-sala l-ġdida, jkun lest sa’ Marzu li ġej.
Ir-Regatta tal-Vitorja se ssir nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fin-12:30.
Ix-xogħol fuq id-dgħajsa l-ġdida ZU li se tkun inawgurata it-Tlieta 5 ta’ Settembru