Bormla jerġgħu jibdew bħala l-favoriti għar-rebħ tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2022. Il-klabb bormliż ikkonferma l-crews kollha li kellu f’Marzu u se jkun qed jimmira li jirrepeti s-suċċessi li kiseb fir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien meta
rebħu x-shields ta’ Kategorija A u ta’ Kategorija B. Huma se jkunu qed jimmiraw li jerġgħu jirbħu x-shield tal-Vitorja wara li l-aħħar li saret sentejn ilu kienet intrebħet mill-Marsa.
Il-klabb bormliż għandu taħlita ta’ qaddiefa veterani u ta’ esperjenza ma oħrajn żgħażagħ li jippromettu. Minkejja li jafu li għandhom team b’saħħtu, l-bormliżi jafu wkoll li se jkollhom sfida qawwija minn bosta klabbs f’għadd ta’ tiġrijiet. Huma jafu sew il-bidu diffiċli li kellhom fir-Regatta ta’ Marzu li għadda, b’mod speċjali fl-ewwel tiġrija.
F’Kategorija A, Bormla se jikkompetu b’ismijiet magħrufa f’dan l-isport. Il-qaddiefa huma: Kieran Żammit, George Frendo, Clayton Darmanin, Jurgen Camilleri, Dennis Thornton, Clive Casha, Romario Brignone u Maximillian Mamo.
F’Kategorija B se jkollhom lil dawn il-qaddiefa: Dusty Cassar, Charvon Gatt, Cleavin Falzon, Jannick Pace, Elton Azzopardi, Nicholas Paris u Denzil Thornton.
Konfermati wkoll iż-żewġ qaddiefa nisa fit-tiġrija tal-Frejgatini li huma Nadesh Bartolo u Nadine Vella.
Kategorija A
Tal-Midalji: Kieran Zammit, George Frendo, Clayton Darmanin u Jurgen Camilleri.
Frejgatini: Kieran Zammit u George Frendo
Ta’ bi Tnejn: Dennis Thornton u Clive Casha
Kajjikki: Romario Brignone u Maximillian Mamo
Ta’ b’Erbgħa: Maximillian Mamo, Clive Casha, Dennis Thornton u Jurgen Camilleri
Kategorija B
Tal-Midalji: Dusty Cassar, Charvon Gatt, Cleavin Falzon u Jannick Pace
Frejgatini: Dusty Cassar u Elton Azzopardi
Ta’ bi Tnejn: Charvon Gatt u Cleavin Falzon
Kajjikki: Nicholas Paris u Denzil Thornton
Ta’ b’Erbgħa: Elton Azzopardi, Charvon Gatt, Cleavin Falzon u Jannick Pace.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja se ssir nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija mistennija tibda fis-13.00.