Kalkara saħħew sew it-team ta’ qaddiefa tagħhom għar-Regatta tal-Vitorja ta’ din is-sena u se jkunu qed jagħtu sfida qawwija lid-distretti l-oħra. Huma qed jiffukaw fuq Kategorija A fejn se jieħdu sehem fit-tiġrijiet kollha. Kalkara li f’Marzu li għadda rebħu t-tiġrija tal-Frejgatini Kategorija A waqt ir-Regatta tal-Ħelsien filwaqt għadhom friski mis-suċċess li kellhom f’Ġunju fl-avveniment ‘Pageant of the Seas’ meta rebħu t-tiġrija għall-palju ‘La Vallette’.
Fost it-tibdil fit-team kalkariż jispikkaw tliet qaddiefa li ingħaqdu mal-qaddiefa l-oħra wara li kienu ilhom sitt snin nieqsa mil-qdif. Dawn huma Noel Buġeja, Roderick Briffa u Ryan Refalo.
Kalkara ikkonfermaw il-crews tad-dgħajjes il-kbar filwaqt li wettqu tibdil fl-opri ż-żgħar.
Fit-tiġrija Tal-Midalji se jikkompetu bil-qaddiefa Clyde Mizzi, Davison Micallef, Noel Bugeja u Malcolm Vella.
Fil-Frejgatini hemm Clyde Mizzi, Davison Micallef u t-tmunier Giulia Vella.
F’Ta’ bi Tnejn insibu lil Roderick Briffa u Noel Buġeja.
Fil-Kajjikki il-crew hu kompost minn Davison Micallef u Kurt Vassallo.
F’Ta’ b’Erbgħa se jaqdfu Clyde Mizzi, Roderick Briffa, Noel Bugeja u Ryan Refalo.
F’Kategorija B se jieħdu sehem fit-tiġrijiet kollha fejn jingħata ċans lill-qaddiefa żgħażagħ li f’Lulju li għadda ħadu sehem fir-Regatta Youths.
F’Ta’ bi Tnejn se jaqdfu l-aħwa Gilmour u Godwin Buttigieg.
Fil-Kajjikki insibu lil Kohath Mallia u Dorian Cilia
Tal-Midalji se jieħdu sehem Enrique Galea, Clayton Azzopardi, Kurt Cassar u Kieran Bonnici
Fil-Frejgatini se jaqdfu Glenn Brincat, Jean-Claude Cassar bit-tmunier Zeyan Brincat.
Il-crew fit-tiġrija Ta’ b’Erbgħa hu Jonathan Piscopo, Gilmour Buttigieg, Godwin Buttigieg u Clyde Aquilina.
Kalkara se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrija tan-Nisa fejn ġew konfermati l-qaddiefa Narkeshia Mizzi u Kenzie Abela li f’Marzu li għadda daħlu fit-tieni post.
Rigward proġetti, il-klabb tal-Kalkara għadu kif kabbar il-gym filwaqt li għandu ‘slip way’ ġdida. Qed issir ukoll manutenzjoni fid-dgħajsa Tal-Pass bl-isem ‘Marianna’. Il-klabba ta’ Kalkara jħeġġeġ lill-partitarji tiegħu sabiex jinżlu l-port sabiex jagħtu l-appoġġ lil-qaddiefa tagħhom.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja se ssir nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija mistennija tibda fis-13.00.