Il-klabb tar-Regatta ta’ Marsamxett jinsab armat sew f’żewġ kategoriji għar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena. Huma armaw tajjeb f’kategorija B u se jkunu qed jimmiraw għar-rebħ tax-shield.
Biss l-akbar żvilupp għall-klabb belti bla dubju huwa l-akkwist taż-żewġ qaddiefa nisa Shazel Grima u Glynnis Mizzi li ħadu mingħand il-Birgu. F’dawn l-aħħar snin dawn iż-żewġ qaddiefa iddominaw il-kategorija femminili u se jerġgħu jibdew bħala l-favoriti assoluti għar-rebħ tax-shield.
F’Katgeorija A, Marsamxett se jieħdu sehem f’tiġrija waħda, dik tal-kajjikki.
Bħala qaddiefa maskili, huma akkwistaw lil Kurt Ellul, Loran Zarb, Dylan Spiteri u Shardon Cassar mingħand Birgu. Cassar ingħaqad magħhom b’self. Huma ħadu wkoll lil Dusty Cassar mingħand Bormla u Ryan Degiorgio mingħand Kalkara.

Il-crew kollu ta’ Kategorija B huwa:
Ta’ bi Tnejn: Eman Borg / Peter Cremona
Kajjikki: Deacon Abela Wilson / Shaylon Gauci
Tal-Midalji: Jacob Dalli / Kensley Ciantar / Peter Cremona / Kurt Ellul
Frejgatini: Dusty Cassar / Ryan Degiorgio
Ta’ b’Erbgħa: Shardon Cassar / Dylan Spiteri / Loran Zarb / Kurt Ellul
Il-qaddiefa f’Kategorija A:
Kajjikk: Deacon Abela Wilson / Shaylon Gauci
Kategorija tan-Nisa:
Shazel Grima / Glynnis Mizzi
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fis-13:00.



