Marsa se jkunu qed jieħdu sehem fit-tiġrijiet kollha tar-regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena. L-għan hu li jisfidaw għar-rebħ ta’ paljijiet f’xi tiġrijiet u jkunu ta’ għadma iebsa għall-klabbs aktar favoriti.
Il-klabb marsi kkonferma bosta qaddiefa li f’dawn l-aħħar edizjonijiet tar-regatta kienu qed jaqdfu magħhom. L-uniku akkwist ġdid kien Christian Camilleri li se jkunu qed jaqdef fil-kajjikk ta’ Kategorija A.
Il-crews ta’ kategorija A huma:
Tal-Midalji: Dirk Attard / Emerson Farruġia / Cleaven Falzon / Yannick Pace
Frejgatini: Brolin Genovese / Gilmour Zammit
Ta’ bi Tnejn: Juan Farrugia / Cleaven Falzon
Kajjikki: Christian Camilelri / Ericsen Lia
Ta’ b’Erbgħa: Dirk Atatrd / Redemeer Zammit / Adrian Schembri / Damien Attard
Il-qaddiefa f’Kategorija B huma:
Ta’ bi Tnejn: Mark Schembri / Marlon Cutajar
Kajjikki: Ian Carabott / Lydon Pulis
Tal-Midalji: Coultan Buhagiar / Glenn Bonello / Lydon Pulis / Clyde Aquilina
Frejgatini: Kerstin Brown / Ian Carabott
Ta’ b’Erbgħa: Jonathan Piscopo / Marlon Cutajar / Mark Schembri / Clyde Aquilina
Marsa se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrija tal-frejgatini tan-nisa. Il-crew marsi f’din il-kategorija s ejkun kompost mill-qaddiefa Brooke Stivala u Shazel Gusman flimkien mat-tmuniera Thais Gatt Borġ.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fis-13:00.
