L-Isla jinsabu determinati li joffru sfida qawwija għar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena. Wara li f’settembru li għadda tilfu x-shield tal-Vitorja b’żewġ punti biss, il-klabb senglean kważi kkonferma l-istess crew ta’ Kategorija A u dan ifisser li għal darb’oħra se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ.
L-uniċi żewġ tibdiliet seħħew fil-kajjik u f’Ta’ b’Erbgħa. Fil-Kajjik daħal bħala parti mill-crew Andre Gauci. F’Ta’ b’Erbgħa Charvon Gatt u Matthew Micallef ingħaqdu mal-konfermati Andre Gauci u Redeemer Rapa.
Il-qaddiefa kollha ta’ Kategorija A huma:
Tal-Midalji: Russell Bugeja / Davison Micallef / Glenn Żammit / Andre Gauci
Frejgatini: Davison Micallef / Clyde Mizzi
Ta’ bi Tnejn: Charvon Gatt / Matthew Micallef
Kajjikki: Davison Micallef / Andre Gauci
Ta’ b’Erbgħa: Charvon Gatt / Matthew Micallef / Redeemer Rapa / Andre Gauci

F’Kategorija B, l-Isla se jerġgħu jagħtu ċans lill-qaddiefa żgħażagħ. Qaddiefa li f’Lulju li għadda reġgħu rebħu r-regatta U18 u li għandhom potenzjal kbir. Żgħazagħ li f’xi opri se jkunu flimkien ma’ qaddiefa li għandhom aktar esperjenza.
F’Kategorija B
Il-crews kollu ta’ Kategorija B huma:
Ta’ bi Tnejn: Clayton Azzopardi / Luke Ciantar
Kajjiki: Yarik Agius / Denilson long
Tal-Midalji: Glennn Brincat / Axel Degiorgio / Carlos Abela / Janniel Camilleri
Frejgatini: Yarik Agius / Jerome Żammit
Ta’ b’Erbgħa: Clayton Azzopardi / Luke Ciantar / Denilson Long / Yarik Agius
Sfortunatament, l-Isla mhux se jieħdu sehem fit-tiġrija tan-nisa minħabba ċirkostanzi li ma kellhomx kontroll fuqhom.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fis-13:00.

L-Isla rebbieħa tax-shield U18 fl-2024




L-Isla rebbieħa tax-shield tal-Ħelsien fl-2023