Bormla jerġgħu jibdew bħala fost il-favoriti għar-rebħ tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena. Wara li rebħu l-edizzjoni tas-sena l-oħra, huma spiċċaw fit-tielet post tal-klassiifka fir-Regatta tal-Vitorja ta’ settembru li għadda.
Kien għalhekk li għall-edizzjoni tar-regatta tal-Ħelsien ta’ din is-sena huma wettqu bosta tibdiliet f’Kategorija A filwaqt li kważi kkonferma wil-crews ta’ Kategorija B.
F’kategorija A kien hemm tibdil f’erba’ opri, filwaqt li l-unika crew konfermat kien dak f’Ta’ bi Tnejn bil-veterani Dennis Thornton u Clive Casha.
Il-qaddiefa kollha f’kategorija A huma:
Tal-Midalji: Maximillian Mamo / Clive Casha / Clyde Debattista / Romario brignone
Frejgatini: Mel Magro / Mattia Calleja
Ta’ bi Tnejn: Dennis Thornton / Clive Casha
Kajjik: Romario Brignone / Maximillian Mamo
Ta’ b’Erbgħa: Mel Magro / Clive Casha / Clyde Debattista / Jurgen Camilleri





F’kategorija B, il-klabb ta’ Bormla ikkonferma l-istess crew li f’Settembru li għadda rebaħ ix-shield għajr għal xi bidliet żgħar. L-uniċi bidliet kienu fil-Kajjikk u f’Ta’ b’Erbgħa. Fil-Kajjik issa se jaqdfu Kayden Aquilina u Oisian Mc Kennly filwaqt li f’Ta’ b’Erbgħa Mattia Calleja u Jean Pierre Debono jingħaqdu mal-konfermati Nicholas Paris u Denzel Thornton.
Għalhekk il-qaddiefa ta’ Kategorija B huma:
Ta’ bi Tnejn: Kayden Aquilina / Jean Pierre Debono
Kajjiki: Kayden Aquilina / Oisin McKinley
Tal-Midalji: Mattia Calleja / Nicolas Paris / Dione D’Amato / Denzil Thornton
Frejgatini: Nicholas Paris / Sean Farrugia
Ta’ b’Erbgħa: Mattia Calleja / Nicholas Paris / Jean Pierre Debono / Denzel Thornton





Bormla għandhom ukoll team ġdid fil-kategorija tan-nisa hekk kif se jkunu qed jikkompetu bil-qaddiefa Kiana Camilleri u Zenishia Pace.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fis-13:00.


