Għar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena, il-klabb ta’ Birżebbuġa jinsab armat tajjeb f’Kategorija B fejn se jkun fost il-favoriti għar-rebħ tax-shield. Huma se jkunu qed jibagħtu tliet opri f’Kategorija A filwaqt li se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrija tal-qaddiefa nisa.
Bħala akkwisti ġodda Birżebbuġa ħadu lil Joseph Pace u Jean Claude Cassar mingħand Kalkara u lil Kieran Zammit u Kensley Galea mill-Isla.
Fit-tiġrija tal-Kategorija Nisa il-crew ta’ Birżebbuġa huwa kompost mill-qaddiefa Vanessa Brignone u Aaliyah Bonello flimkien mat-tmunier Deznick Abela Wilson.
Il-crew kollu ta’ Kategorija B huwa dan:
Ta’ bi Tnejn: Darren Bartolo / Kevin Camilleri
Kajjiki: Joseph Pace u Jean Claude Cassar
Tal-Midalji: Matthew Dalli / Steven Dalli / Kevin Camilleri / Malcolm Vella
Frejgatini: Matthew Dalli / Steven Dalli / Lukas Azzopardi (coxwain)
Ta’ b’Erbgħa: Larry Lagana / Jean Claude Cassar / Kevin Camilleri / Malcolm Vella

It-tliet opri ta’ Kategorija A huma komposti minn dawn il-qaddiefa:
Tal-Midalji: Kieran Zammit / Mauro Zerafa / Clinton Aquilina / Rushven Gouder
Kajjiki: Kieran Zammit u Kensley Galea
Ta’ b’Erbgħa: Kieran Zammit / Mauro Zerafa / Clinton Aquilina / Rushven Gouder
Apparti x-xogħol fil-preparazzjoni għar-Regatta tal-Ħelsien, il-klabb jinsab għaddej fil-proġett tal-faċilitajiet tiegħu. Bħalissa qed jistenna illi joħroġ il-permess għall-bini tal-premises f’Wied il-Buni Birzebbuġa.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fis-13:00.



