Birgu se jerġgħu jibdew bħala fost il-favoriti nett għar-rebħ tax-shield tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena. Friski mis-suċċess fir-Regatta tal-Vitorja ta’ settembru li għadda, il-ċirbin se jimmiraw għad-double bl-istess crew li kellhom ikkonfermat. L-uniku budla żgħira se tkun fil-kajjikk hekk kif issa Sven Refalo s ejingħaqad ma’ Kieran Żammit.
Il-bqija l-opri l-oħra baqgħu kollha l-istess.
Il-qaddiefa ta’ Kategorija A huma:
Tal-Midalji: Owen Żammit / Antoine Brignone / Wayne Xuereb / Sven Refalo
Frejgatini: Rhys Fiteni / Kieran Żammit
Ta’ bi Tnejn: Clyde Cutajar / Clayton Darmanin
Kajjikki: Kieran Żammit / Sven Refalo
Ta’ b’Erbgħa: Antoine Brignone / Clyde Cutajar / Clayton Darmanin / Sven Refalo

F’Kategorija B, Birgu se jieħdu sehem fi tliet tiġrijiet. Għaldaqstant il-crew kollu ta’ Kategorija B huwa dan:
Ta’ bi Tnejn: Clifford Buġeja / Yann Parascandolo
Kajjiki: Lawson Cassar / Jayden Fisher
Frejgatini: Lawson Cassar / Dion Caruana / Ellah Azzopardi (tmunier)
Bidla sħiħa fil-kategorija tan-Nisa. Hekk kif iż-żewġ qaddiefa li kellhom issa se jaqdfu mal-klabb ta’ Marsamxett, Birgu se jkunu qed jisfidaw bżewġ tfajliet prodott tal-klabb. Dawn huma Faith Scerri u Chazzelle Hammet filwaqt li Blake Muscat huwa t-tmunier.
M’hemmx dubju li l-klabb tal-Birgu f’dawn l-aħħar snin ra qawmien ġdid. Dan jidher fl-ammont ta’ qaddiefa żgħażagħ li qed jitħarrġu iżda wkoll mill-attivita’ sħiħa li qed ikun hemm matul is-sena.
U fil-ġimgħat li ġejjin il-ġirbin se jaraw ħolma oħra issir realta’ hekk kif wasal fl-aħħar fażi ix-xogħol fuq il-club house. Filwaqt li x-xogħol fin-naħa ta’ fuq jinsab lest, fadal biss l-aħħar ftit irtokki qabel dan il-proġeytt jiġi inawgurat.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fis-13:00.





Il-Club House u l-Maħżen tal-Birgu

