Il-klabb tal-qdif ta’ Siġġiewi se jkun qed jikkompeti fir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien bi crew iffurmat minn qaddiefa ta’ esperjenza u oħrajn ġodda.
Huma se jiffukaw l-aktar fuq kategorija B hekk kif se jieħdu sehem fit-tiġrijiet kollha. F’Kategorija A se jieħdu sehem f’uħud mit-tiġrijiet.
Il-klabb ta’ Siġġiewi ġie mwaqqaf ftit tas-snin ilu u beda jieħu sehem fir-Regatta tal-Vitorja u tal-Ħelsien riċentement.
Biss minkejja li ilu jopera ftit snin qed irawwem bosta qaddiefa, mhux biss fir-Regatta tradizzjonali maltija, iżda wkoll fil-Qdif Olimpiku u l-Para Rowing.
B’rabta ma’ dan il-klabb qed jagħmel investiment kbir fil-Qdif Olimpiku u l-Para Rowing permezz ta’ apparat u taħriġ ta’ livell.
Proġett ieħor li qed jaħdmu fuqu huwa l-maħżen il-ġdid. Bħalissa qed isir restawr u manutenzjoni fuq il-post bil-għan li jkun jista’ jntuża bl-aqwa mod possibli. Il-maħżen jinsab il-Marsa u dan qed ikun imnaddfa u mmodernizzata biex jibdew jinżammu fih id-dgħajjes.
Ir-regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar is-Sibt 23 ta’ Marzu fil-Port il-Kbir u tibda fin-12.30pm.