Il-klabb ta’ Marsamxett se jkun qiegħed jiffoka l-isfida tiegħu għar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien fuq kategorija B. Il-klabb belti rama’ din il-kategorija b’qaddiefa li għandhom esperjenza fir-Regatta u żgur li se jkunu sfidanti denji. Għal din ir-Regatta huma mhux se jieħdu sehem f’kategorija A.
F’dawn l-aħħar xhur, Marsamxett għamlu ħames akkwisti. Kensley Ciantar irreġistra mal-klabb għal tliet snin filwaqt li ħadu b’self erba’ qaddiefa oħra. Dawn huma Brolin Genovese u Eman Borġ mingħand Birżebbuġa u Deacon Abela Wilson flimkien ma’Denilson Long mingħand l-Isla.
Il-qaddiefa kollha ta’ Marsamxett f’kategorija B huma:
Ta’ bi Tnejn: Nathan Bonello u Peter Cremona
Kajjikki: Kensley Ciantar u Shylon Gauci
Tal-Midalji: Brolin Genovese, Kensley Ciantar, Shylon Gauci u Denilson Long.
Frejgatini: Brolin Genovese, Deacon Abela Wilson u t-tmuniera Zayli Abela.
Ta’ b’Erbgħa: Jacob Dalli, Eman Borġ, Peter Cremona u Denilson Long.
Marsamxett se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrija tan-Nisa permezz ta’ Irene Busuttil, Britney Camilleri u t-tmunier Lukas Azzopardi.
Il-klabb tal-kapitali qed iħeġġeġ lill-partitarji kollha sabiex nhar it-23 ta’ Marzu li ġej jinżlu l-port jagħtu l-appoġġ lill-qaddiefa tagħhom.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar is-sibt 23 ta’ Marzu u tibda fin-12.30pm.