Il-klabb tal-Marsa se jkun armat fiż-żewġ kategoriji għar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien.
Il-klabb marsi kellu jwettaq xi ċaqlieq tal-aħħar ħin minħabba li tnejn mill-qaddiefa tiegħu jinsabu indisposti u mhux se jkunu laħqu irkupraw. Biss huma se jkollhom sostituti denji tant li l-marsin jinsabu ottimisti li jagħtu sfida għar-rebħ ta’ xi paljijiet. Huma ħadu b’self lil Juan Carlos Farrugia mingħand Marsamxett.
Il-qaddiefa kolha f’Kategorja A huma:
Tal-Midalji: Emerson Farrugia, Reedemer Żammit, Clyde Debattista u Shaun Schembri.
Frejgatina: Owden Caruana Smith, Cayven Gatt u t-tmuniwer Rayzink Brincat.
Ta’ bi Tnejn: Juan Carlos Farrugia u Clyde Debattista.
Kajjikki: Emerson Farrugia u Eric Lia.
Ta’ b’Erbgħa: Emerson Farrugia, Redeemer Zammit, Adrian Schembri u Shuan Schembri.
Il-qaddiefa ta’ Kategorija B huma:
Tal-Midalji: Larry Lagana, Marlon Cutajar, Larkin Marquette u Clyde Aquilina.
Fregatini: Owden Caruana Smith, Cayven Gatt u t-tmunier Rayzink Brincat
Ta’ bi Tnejn: Marlon Cutajar u Kevin Camilleri.
Kajjikki: Leon Piscopo u Lakin Marquette.
Ta’ b’Erbgħa: Larry Lagana, Marlon Cutajar, Kevin Camilleri u Clyde Aquilina.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar is-sibt 23 ta’ Marzu u tibda fin-12.30pm.