Filwaqt li l-klabb tar-Regatta tal-Kalkara din is-sena se jkun qed jieħu sehem fiż-żewġ kategoriji tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien, l-attenzjoni prinċipali se tkun fuq Kategorija B.
F’Kategorija A il-klabb kalkariż mhux se jieħu sehem fit-tiġrija Tal-Midalji u f’Ta’ bi Tnejn filwaqt li se jikkompeti fil-Frejgatini, Kajjikki, u f’Ta’ b’erbgħa.
Il-qaddiefa f’Kategorija A se jkunu:
Frejgatini: Jean Claude Cassar, Rhys Fiteni u t-tmunier Theon Pace.
Kajjiki: Jean Claude Cassar u Joseph Pace.
Ta’ b’Erbgħa: Denzil Mifsud, Yosef Calamatta, Lydon Pulis u Kieran Bonnici.
F’Kategorija B, Kalkara se jieħdu sehem fit-tiġrijiet kollha.
Il-qaddiefa f’din il-kategorija huma:
Tal-Midalji: Jonathan Piscopo, Gilmore Buttiġieġ, Clifford Buġeja u Malcolm Vella.
Frejgatini: Ryan Degiorgio, Kohath Mallia u t-tmuniera Deshaja Mifsud.
Ta’ bi Tnejn: L-aħwa Gilmore u Godwin Buttiġieġ.
Kajjiki: Kurt Vassallo u Christian Buġeja.
Ta’ b’erbgħa: Jonathan Piscopo, Gilmore Buttiġieġ, Clifford Buġeja u Malcolm Vella.
Il-klabb tar-Regatta tal-Kalkara huwa wieħed mill-pijunieri ta’ dan l-isport f’pajjiżna u kien fl-aqwa tiegħu fil-bidu tas-snin sebgħin. Għal xi snin iltaqa’ ma xi problemi u nuqqas ta’ membri, madanakollu f’dawn l-aħħar snin reġa’ beda jqum l-interess lejn il-klabb, tant li offra sfidi f’bosta tiġrijiet bir-rebħ ukoll ta’ xi paljijiet.
Klabb li jista’ jiftaħar ukoll li ta bidu għall-karriera ta’ bosta qaddiefa żgħażagħ li llum il-ġurnata huma fost il-qaddiefa ewlenin tar-Regatta.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar is-sibt 23 ta’ Marzu u tibda fin-12.30pm.