Il-klabb tar-Regatta tal-Isla jinsab lest biex joffri sfida lill-klabbs ta’ Bormla u Birgu għar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena. L-Isla huma l-holders tax-shield u minkejja li jafu li ż-żewġ klabbs l-oħra jibdew bħala l-favoriti, huma għandhom fiduċja fil-qaddiefa tagħhom li se jkunu qed joffru sfida fit-tiġrijiet kollha ta’ Kategorija A.
L-Isla żammew l-istess crews li kellhom f’Settembru, b’bidla waħda fit-tiġrija Tal-Midalji hekk kif il-qaddiefa se jkunu Andre Gauci, Russell Bugeja, Devison Micallef u Clyde Mizzi.
Il-qaddiefa tal-klabb tal-Isla f’Kategorija A huma dawn:
Tal-Midalji: Andre Gauci, Russell Bugeja, Devison Micallef u Clyde Mizzi.
Frejgatini: Davison Micallef & Clyde Mizzi.
Ta’ bi Tnejn: Russell Buġeja & Glenn Żammit.
Kajjiki: Davison Micallef & Andre Gauci.
Ta’ b’Erbgħa: Glenn Zammit, Russell Buġeja, Andre Gauci u Redeemer Rapa.
F’Kategorija B, is-sengleani se jkollhom taħlita ta’ qaddiefa ta’ esperjenza u ħafna oħrajn li huma żgħażagħ.
Il-qaddiefa kollha f’kategorija B huma:
Tal-Midalji: Jeanel Camilleri, Carlos Abela, Axel Degiorgio u Glenn Brincat.
Frejgatini: Dejan Viacava u Lawrence Cauchi.
Ta’ bi Tnejn: Deomar Abela u Elton Cauchi.
Kajjiki: Kurt Cassar u Ainsley Bonello.
Ta’ b’Erbgħa: Clint Mizzi, Deomar Abela, Elton Cauchi u Glenn Brincat.
L-Isla se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrija tan-nisa permezz tal-qaddiefa Kenzie Abela u Jade Cini.
Team senglean li jkompli juri li l-imħabba u l-ħeġġa f’dak li jirrigwardja Regatta għadu fl-aqwa tiegħu. Klabb li jkun għaddej b’bosta attivitajiet matul is-sena kollha, b’mod speċjali fit-taħriġ lill-qaddiefa ġodda li huma mhux biss il-futur tal-klabb iżda tar-Regatta in ġenerali.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar is-sibt 23 ta’ Marzu u tibda fin-12.30pm.