Għall-klabb ta’ Birżebbuġa s-sena 2024 hija waħda speċjali hekk kif qed jiċċelebra l-għoxrin anniversarju minn mindu l-klabb għamel ir-ritorn tiegħu fir-Regatta. Għalhekk għar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien rama’ crew b’saħħtu f’kategorija A, b’bosta qaddiefa ta’ esperjenza u li fil-passat qadfu ma’ klabbs differenti.
Fil-fatt f’dawn l-aħħar xhur Birżebbuġa kellhom bosta akkwisti. George Frendo, Elton Azzopardi u Ian Attard irreġistraw mal-klabb, filwaqt li għadd ta’ qaddiefa oħra ingħaqdu mal-klabb ta’ Birżebbuġa b’self. Il-qaddiefa li jinsabu b’self minn klabbs oħra huma: Dorian Cilia mill-Kalkara, Matthew Micallef mis-Siġġiewi, Dusty Cassar b’self minn Marsamxett , Charvon Gatt b’self mill-Isla flimkien ma’ Yannick Pace u Cleavin Falzon b’self minn Bormla.
Il-qaddiefa kollha f’kategorija A huma:
Tal-Midalji: Dusty Cassar, Charvon Gatt, Matthew Micallef u Yannick Pace.
Frejgatini: George Frendo u Elton Azzopardi.
Ta’ bi Tnejn: Charvon Gatt u Matthew Micallef.
Kajjikki: Ian Attard u Dorian Cilia.
Ta’ b’Erbgħa: Elton Azzopardi, George Frendo, Clevin Falzon u Yannick Pace.
Birżebbuġa se jieħdu sehem f’tiġrija waħda ta’ Kategorija B. Din se tkun f’Tal-Midalji bil-qaddiefa Gino Viacava, Christian Degiovanni, Kevin Attard u Gilbert Grech.
Huma se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrija tan-Nisa permezz ta’ Zaneshia Pace u Alaya Bonello.
Bħala proġetti u ħidma, il-klabb ta’ Birżebbuġa ta bidu għall-bini ta’ club house ġdida u fil-ġimgħat li għaddew iddaħlet l-applikazzjoni li se tkun l-ewwel pass sabiex din il-ħolma ssir realta’
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar is-sibt 23 ta’ Marzu u tibda fin-12.30pm.
Cleavin Falzon
Charvon Gatt
Dorian Cilia
Dusty Cassar
Elton Azzopardi
George Frendo
Ian Attard
Matthew Micallef
Yannick Pace
It-tneħħija tal-containers li se jagħmlu spazju għall-proġett ta’ Club House ġdida