Għall-klabb ta’ Marsamxet dik ta’ bħalissa hija fażi ta’ tansizzjoni. Il-klabb belti se jkun qed jipparteċipa fir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien iżda b’ mod limitat u fi ftit tiġrijiet. Huma sellfu xi qaddiefa minn tagħhom lill-klabb tal-Marsa filwaqt li wara r-Regatta tal-Ħelsien se jkunu qed iħarsu b’ottimiżmu lejn dik ta’ Settembru.
F’Kategorija A, Marsamxett se jisfidaw f’Ta’ bi Tnejn bil-qaddiefa Juan Farrugia u Peter Cremona.
Min-naħa l-oħra f’Kategorija B jinsabu armati f’bosta tiġrijiet.
Nibdew bl-opri ż-żgħar. Fil-Kajjik se jaqdfu l-qaddiefa Nathan Bonello u Shylon Gauci.
Fil-Frejgatini se jieħdu sehem Charvon Cassar u Deacon Abela Wilson.
Marsamxett preżenti wkoll fl-opri l-kbar ta’ Karegorija B.
F’Ta’ b’Erbgħa il-crew hu kompost minn Lino Fabri, Craig Abdilla, Kevin Attard u Gilbert Grech.
F’Ta’ bi Tnejn insibu l-qaddiefaCraig Abdilla u Kevin Attard.
Il-beltin se jkunu preżenti wkoll fit-tiġrija tan-Nisa bil-qaddiefa Irene Tonna u Barbara Borġ.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir il-Ġimgħa 31 t’ Marzu fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fin-12:30.