Il-klabb tal-Kalkara jinsab ippreparat sabiex joffri sfida tajba f’xi tiġrijiet tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena. Il-klabb kalkariż se jkun qed jieħu sehem fiż-żewġ kategoriji.
F’Kategorija A mistenni joffri sfida tajba fl-opri ż-żgħar.
Fil-Frejgatina hemm il-qaddief veteran William Mifsud flimkien ma’ Kohath Mallia. It-tmuniera se tkun Gulia Vella.
Fil-Kajjik se jerġa’ jkun hemm Kohath Mallia din id-darba ma’ isem sinonimu malp-klabb kalkariż Kurt Vassallo.
Kalkara se jieħdu sehem ukoll f’żewġ tiġrijiet oħra ta’ Kategorija A.
F’Ta’ bi Tnejn il-qaddiefa huma Noel Buġeja u Roderick Briffa.
F’Ta’ b’Erbgħa se jaqdfu Noel Buġeja, Roderick Briffa, Ryan Refalo u William Mifsud.
Kalkara se jieħdu sehem ukoll fit-tiġrijiet kollha ta’ Kategorija B.
Il-qaddiefa kollha ta’ Kategorija B huma dawn:
Tal-Midalji: Jonathan Piscopo, Jean Claude Cassar, Joseph Pace u Clyde Aquilina.
Frejgatina: Jean Claude Cassar & Glenn Brincat. Tmunier Zeyan Brincat.
Ta’ bi Tnejn: Gilmore Buttigieg & Godwin Buttigieg.
Kajjik: Jean Claude Cassar & Joseph Pace.
Ta’ b’Erbgħa: Jonathan Piscopo, Gilmore Buttigieg, Elton Cauchi u Clyde Aquilina.
Ma tonqosx il-parteċipazzjoni fit-tiġrija tan-Nisa permezz tal-qaddiefa Narkesha Mizzi u Zaneshia Pace. It-tmunier se jkun Zeyan Brincat
Fost proġetti li l-klabb kien għaddej fuqhom dan l-aħħar kien hemm dak ta’ manutenzjoni fuq id-dgħajsa Marjanna u l-frejgatina Emilja
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fin-12:30.