Raġel akkużat bi vjolenza domestika u stupru, li ngħata l-ħelsien mill-arrest bil-garanzija, reġa’ ittieħed fil-kustodja tal-Pulizija wara rikors mill-Avukat Ġenerali lill-Qorti tal-Appell.
Minkejja li l-Qorti tal-Maġistrati ta l-ħelsin mill-arrest lill-Ħamruniż ta’ tnejn u tletin sena fuq garanzija personali ta’ €5,000, €1,000 depożitu u l-ordni li ma jersaqx lejn l-eks sieħba tiegħu, il-Qorti tal-Appell qablet mal-Avukat Ġenerali li fid-dawl li r-raġel kellu akkużi kontrih ta’ reati simili, kien hemm riskju li jerġa’ jsir vjolenti.
Il-Qorti nnotat ukoll li l-akkużat ammetta li jaf fejn qed tgħix l-eks sieħba tiegħu. Kien maqbul ukoll li peress li l-vittma u x-xhieda prinċipali kienu għadhom ma tawx ix-xhieda tagħhom fil-każ, huwa fl-aħjar interess tal-amminsitrazzjoni tal-ġustizzja, li għallinqas sa’ ma dawn jagħtu x-xhieda, jinżamm taħt arrest.