Fl-ewwel seba’ xhur tas-sena d-defiċit ta’ pajjiżna naqas bi kważi €34 miljun. Dan meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Bejn Jannar u Lulju d-defiċit kien ta’ €141 miljun.
Filwaqt li l-ispiża żdiedet biss b’€1.3 miljun id-dħul żdied b’€35.1 miljun. Xi ħaġa li hi riżultat tat-tkabbir ekonomiku sostanzjali li kellu pajjiżna fejn id-dħul mit-taxxi żdied b’€148 miljun fuq ix-xhur ta’ Jannar – Lulju 2015.
Ikkuntatjat minn one.com.mt il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li huwa ta’ sodisfazzjon li fl-ewwel nofs tas-sena inżamm kontroll fuq id-defiċit biex il-gvern qiegħed mal-miri finanzjarji tiegħu.