Il-Pulizija ta’ Berlin qed ifaħħru l-ġest nobbli ta’ refuġjata Iraqina li rritornat lura basket li sabet, u li fih kellu €14,000.
Il-basket tħalla fl-istazzjon tal-ferrovija l-Ġimgħa filgħaxija wara li anzjana ta’ 78 sena nesietu warajha.
Ftit wara li nesietu, indunat li għamlet żball kbir u infurmat lill-awtoritajiet tal-ferrovija, iżda sfortunatament ma setgħux isibu l-basket.
Kienet proprju studenta ta’ 16-il sena li sabet il-basket u qalet lill-ommha dwar is-sejba tagħha. Jumejn wara l-basket ittieħed għand il-Pulizija biex b’hekk l-anzjana ngħatat il-basket bil-flus li nesiet warajha.