Refuġjata Sirjana baqgħet tinżamm arrestata wara li tressqet il-qorti akkużata li b’iffalsifikar ta’ passaport falz u li għamlet dikjarazzjonijiet doloz mal-uffiċjali tal-immigrazzjoni.
Is-Sirjana wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u talbet lill-prosekuzzjoni biex iressaq il-provi fl-ewwel seduta, filwaqt li qalet lid-difiża biex tqajjem il-kwistjoni tal-ażil f’din is-seduta wkoll.